Konformità mar-Regolamenti u Informazzjoni Dwar is-Sigurtà—

Dan id-dokument jagħmel użu mill-konvenzjonijiet li ġejjin:


Nota

Ifisser qarrej oqgħod attent. F’din is-sitwazzjoni, jista’ jkun inti twettaq azzjoni li tista’ tirriżulta fi ħsara lit-tagħmir jew f’telf ta’ dejta.



Twissija

STRUZZJONIJIET IMPORTANTI DWAR IS-SIGURTÀ

Dan is-sinjal ta’ twissija jfisser periklu. Inti tinsab f’sitwazzjoni li tista’ tikkawża korriment. Qabel ma taħdem fuq kwalunkwe tagħmir, kun konxju/a dwar il-perikli assoċjati ma’ ċirkwiti elettriċi, u ffamiljarizza ruħek mal-prattiki standard għall-prevenzjoni tal-inċidenti. Uża n-numru tad-dikjarazzjoni pprovdut fl-aħħar ta’ kull twissija biex issib it-traduzzjoni tagħha fit-twissijiet tas-sigurtà tradotti li ġew ipprovduti ma’ dan l-apparat.

ŻOMM DAWN L-ISTRUZZJONIJIET



warning_nonsafety

Dikjarazzjonijiet li jużaw dan is-simbolu huma pprovduti bħala informazzjoni addizzjonali, u sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti regolatorji u mar-rekwiżiti tal-klijent.


Dikjarazzjoni 6000—Direttivi tal-UE dwar Batteriji u WEEE


Nota

Il-prodott Cisco tiegħek jista’ jkun fih batterija li tista’ tinbidel mill-utent, jew batterija li tkun imwaħħla b’mod permanenti kif indikat fil-manwal tal-utent. Għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-prodott u integrità taddejta, batterija li tkun imwaħħla b’mod permanenti għandha titneħħa jew tinbidel biss b’mod professjonali minn tekniku tat-tiswija jew persuna professjonali li timmaniġġja l -iskart. Jekk jogħġbok ikkuntattja lil Cisco jew lil aġent awtorizzat tas-servizz jekk il-prodott ma jkunx jaħdem minħabba ħsara fil-atterija li tkun imwaħħla b’mod permanenti.

Dan is-simbolu fuq prodott Cisco, batterija jew ippakkjar, ifisser li l-prodott u/jew il-batterija m’għandhomx jintremew mal-iskart domestiku tiegħek.

Hi r-responsabbiltà tiegħek li tarmi tagħmir li ma jkunx għadu tajjeb u batteriji separatament mill-iskart domestiku tiegħek u skont il-liġijiet u r-regolamenti lokali. Ir-rimi b’mod korrett tat-tagħmir u batterijiqadma tiegħek ser jgħin biex jiġu evitati konsegwenzi negattivi potenzjali għall-ambjent u għas-saħħa talbniedem.

Jekk jogħġbok uża l-eqreb faċilità għall-ġbir tal-iskart skont kif irrakkomandat mill-muniċipalità jew millaġent tiegħek.


This image 302853.jpg is not available in preview/cisco.com